Aqbeż għall-kontentut

Polonja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika tal-Polonja
Rzeczpospolita Polska
Rzeczpospolita Polska – Bandiera Rzeczpospolita Polska – Emblema
Innu nazzjonali: Mazurek Dąbrowskiego
(Dąbrowski's Mazurka)
Pożizzjoni tal-Polonja (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Varsavja
[1][2]) 52°13′N 21°02′E / 52.217°N 21.033°E / 52.217; 21.033

Lingwi uffiċjali Pollak
Gruppi etniċi  Pollakki
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Andrzej Duda
 -  Prim Ministru Donald Tusk
Formazzjoni
 -  Kristjanizzazzjoni tal-Polonja 14 ta' April 966 
 -  Renju tal-Polonja 18 ta' April 1025 
 -  Konfederazzjoni Pollakko-Litwana 1 ta' Lulju 1569 
 -  Partizzjoni tal-Polonja 24 ta' Ottubru 1795 
 -  Dukat ta' Varsavja 22 ta' Lulju 1807 
 -  Ir-Renju tal-Kungress 9 ta' Ġunju 1815 
 -  Rikostituzzjoni tal-Polonja 11 ta' Novembru 1918 
 -  Invażjoni tal-Polonja, It-Tieni Gwerra Dinjija 1 ta' Settembru 1939 
 -  Polonja Komunista 8 ta' April 1945 
 -  Repubblika tal-Polonja 13 ta' Settembru 1989 
 -  Sħubija fl-Unjoni Ewropea 1 ta' Mejju 2004 
Sħubija fl-UE 1 ta' Mejju 2004
Erja
 -  Total 312,696[1][2] km2 (70)
120,696.41 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 3.07
 -  Densità 123/km2 (90)
319.9/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $265.911 biljun[3] 
 -  Per capita $21,000[3] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $513.821 biljun[3] 
 -  Per capita $13,540[3] 
IŻU (2013) Steady 0.813[4] (għoli ħafna) (39)
Valuta Złoty (PLN)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku 48
TLD tal-internet .pl
Organizzazzjoni territorjali
Mappa
Mappa
Mappa
Il-Gallerija Nazzjonali tal-Arti Zachęta (Pollakk: Zachęta Narodowa Galeria Sztuki) hija mużew tal-arti kontemporanja fiċ-ċentru ta' Varsavja

Il-Polonja, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika tal-Polonja (Rzeczpospolita Polska), hi pajjiż fl-Ewropa Ċentrali. [5][6] Il-pajjiż imiss mal-Ġermanja fil-Punent; ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja fin-Nofsinhar; l-Ukrajna, il-Bjelorussja u l-Litwanja fuq il-Lvant; u l-Baħar Baltiku u l-Oblast ta' Królewiec. fit-Tramuntana. Il-Polonja, b'żona territorjali ta' 312,696 kilometru kwadru[7][8] (120,726 mi kwd), hi d-70 (2013) l-ikbar pajjiż fid-dinja u d-9 wieħed fl-Ewropa. B'popolazzjoni ta' 38 miljun ruħ, dan il-pajjiż hu l-34 pajjiż l-aktar popolat fid-dinja[9] u fost l-iktar wieħed mill-membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Polonja huwa stat unitarju, magħmul minn sittax-il provinċja li jissejħu województwo bl-ilsien Pollakk. Varsavja hi l-belt kapitali tal-Polonja u tinsab fil-provinċja ta' Mazowieckie. Il-Polonja hi wkoll membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Kummerċjali (OECD).

Polonja fruntieri totali: 2,865 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): Belarrusja 375 km; Ċekja 699 km; Ġermanja 467 km; Il-Litwanja 100 km, ir-Russja (Kaliningrad Oblast) 209 km; Slovakkja 517 km; Ukraina 498 km.

Provinċji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-pajjiż huwa maqsum f'16-il provinċja, ibbażati l-aktar fuq ir-reġjuni storiċi tal-pajjiż. L-awtorità amministrattiva fil-livell provinċjali hija kondiviża minn gvernatur, maħtur mill-Gvern, assemblea reġjonali, eletta b'vot dirett, u eżekuttiv, elett mill-assemblea reġjonali.

Vojvodja Belt kapitali
kujawsko-pomorskie Bydgoszcz, Toruń
wielkopolskie Poznań
małopolskie Krakovja
łódzkie Łódź
dolnośląskie Wrocław
lubelskie Lublin
lubuskie Gorzów Wielkopolski, Zielona Góra
mazowieckie Varsavja
opolskie Opole
podlaskie Białystok
pomorskie Gdańsk
śląskie Katowice
podkarpackie Rzeszów
świętokrzyskie Kielce
warmińsko-mazurskie Olsztyn
zachodniopomorskie Szczecin

Festi Nazzjonali tal-Polonja[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Polonja hija repubblika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. L-istruttura tal-gvern hija ċċentrata fuq il-kunsill tal-ministri. Il-pajjiż huwa maqsum f’16-il provinċja, l-aktar fuq il-bażi tar-reġjuni storiċi tal-pajjiż. L-awtorità amministrattiva fil-livell provinċjali hija kondiviża bejn gvernatur maħtur mill-gvern, assemblea reġjonali eletta u eżekuttiv elett mill-assemblea reġjonali.[10]

Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tal-Polonja fl-2018 kienu l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (26.2%), l-industrija (25.6%) u l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.0%).[10]

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 80% tal-esportazzjonijiet tal-Polonja (il-Ġermanja 28%, iċ-Ċekja u Franza 6% t-tnejn li huma), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru kemm fir-Russja kif ukoll fl-Istati Uniti.[10]

F’termini ta’ importazzjonijiet, 69% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 27%, in-Netherlands 6% u l-Italja 5%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 7% mir-Russja.[10]

Il-Polonja fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm 51 membru fil-Parlament Ewropew mill-Polonja. [10]

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Pollakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[10]

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[10]

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenzi Pollakki: Lul-Diċ 2011[10]

Il-Kummissarju nominat mill-Polonja għall-Kummissjoni Ewropea hu Janusz Wojciechowski, li hu responsabbli għall-Agrikoltura.[10]

Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[10]

Il-Polonja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[10]

Il-Polonja għandha 14-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[10]

Il-Polonja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tal-Polonja, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[10]

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. [10]

Ċifri tal-2018 għall-Polonja:[10]

  • Nefqa totali tal-UE fil-Polonja – € 16.350 biljun (ekwivalenti għal 3.43% tal-ekonomija Pollakka)
  • Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 3.983 biljun (ekwivalenti għal 0.84% tal-ekonomija Pollakka)

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mill-Polonja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[10]

bliet l-aktar popolati[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Główny Urząd Statystyczny, dane za rok 2018, stan na 01.01.2018. [1]
  2. ^ Bankier.pl, Powierzchnia Polski wzrosła o 1643 ha [2]
  3. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Polonja". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  4. ^ United Nations, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  5. ^ "Archive copy" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2009-12-22. Miġbur 2009-11-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  6. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-08-18. Miġbur 2009-11-05.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  7. ^ Główny Urząd Statystyczny, dane za rok 2018, stan na 01.01.2018. [3]
  8. ^ Bankier.pl, Powierzchnia Polski wzrosła o 1643 ha [4]
  9. ^ NationMaster.com 2003–2007, Polonja, Fatti u figuri
  10. ^ a b ċ d e f ġ g h ħ i ie j k l europa.eu, Polonja

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]